Internazzjonali

Netflix jitilfu kważi miljun abbonat f’erba’ xhur

F’erba’ xhur biss, Netflix tilef mal-miljun abbonat, bil-fundaturi tal-kumpanija jemmnu li s-serje ‘Stranger Things’ hi r-raġuni ewlenija għalfejn ma kienx hemm telf akbar ta’ persuni.

Fil-fatt, l-istaġun il-ġdid ta’ Stranger Things kellu suċċess fenomenali tant li possibilment żamm il-klijenti milli jħassru l-abbonament tagħhom ma’ Netflix.

Il-kumpanija ilha titlef il-klijenti mill-2011, liema pass wassal biex mijiet ta’ impjegati spiċċaw tilfu xogħolhom minn ma’ Netflix.