Sport Sport Ieħor

Rekords ġodda waqt il-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq saru l-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm, organizzati mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta . Il-Kampjonati kellhom total ta’ 72 kompetizzjoni, b’partecipazzjoni ta’ madwar 260 atleta, li ħadu sehem b’kollox f’aktar minn 1200 avveniment u li jirrappreżentaw tmien Clubs lokali.

Matul dawn il-Kampjonati, ġew stabbiliti erba’ Rekords Nazzjonali ġodda u rekord wieħed ta’ Age Group B minn Dylan Cachia, Thomas Wareing u Ella Fenech Attard, rispettivament. Dylan Cachia, kiseb it-tieni rekord nazzjonali tiegħu għal dawn il-Kampjonati, meta stabbilixxa rekord ġdid fil-1,500 metru freestyle. Cachia għam id-distanza f’16 il-minuta :26.36 sekondi, fejn tejjeb ir-rekord preċedenti bi kważi ħames sekondi fuq dak miksub fl-2020. Cachia kiseb wkoll Rekord Nazzjonali ġdid fil-200 metru backstroke, filwaqt li Thomas Wareing stabbilixxa żewġ rekords fil-100 metru backstroke f’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa. Fenech Attard kisbet rekord tal-Age Group B fl- 400 metru freestyle. Ġew irreġistrati total ta’ 647 bħala l-aħjar ħin personali, li huwa aktar minn 50% tal-għawm individwali matul il-Kampjonati ta’ 4 ijiem bil-Kowċ Nazzjonali Delon Dannhauser irrimarka li kien sodisfatt bir-riżultat tal-Kampjonati. It-Trofew tal-Klabb tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm intrebaħ minn Sliema Aquatic Sports Club.