Il-Pulizija qed tinvestiga każ delikat li seħħ kmieni dalgħodu waqt car chase li kienu qed jagħmlu numru ta’ units tal-RIU.
Sorsi ikkonfermaw li seħħet sparatura qrib iċ-ċentru tal-immigranti fil-Marsa. U l-car chase baqgħet għaddeja sar-roundabout tal-MCAST f’Raħal Ġdid, fejn eventwalment twaqqaf.
Kelliem għall-Pulizija spjega ma’ Net News li diġa’ kien hemm raġel li ġie arrestat. Ir-raġel, li hu Malti, issa jinsab miżmum fid-Depot.
Hu kien qed isuq vettura tal-għamla Hyundai.
Waqt il-car chase intlaqat ukoll Pulizija li inzerta fiz-zona bil-mutur privat tiegħu (ritratt fuq). Dan l-uffiċjal jinsab l-isptar u qed jingħata l-kura meħtieġa.
Fil-Marsa, Net News innota mill-inqas żewġ tiri ta’ arma tan-nar illi ġew sparati. Imbgħad, jidher li l-Pulizija komplew isegwu lir-raġel sa Raħal Ġdid fejn eventwalment ġie arrestat.
//= $special ?>