Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar jirbaħ is-17-il stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Tmiem mill-isbaħ tas-17 il-stadju tat-Tour de France fejn issa ninsabu biss erbat ijiem il-bogħod mill-edizzjoni ta’ din is-sena. Fuq medda ta’ 129.7 kilometri bejn Saint Gaudens u Peyragudes, kien is-Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates li f’ 5 sigħat 25 minuta 51 sekonda rebaħ fuq in-Norveġiż ta’ Jumbo Visma Jonas Vingegaard filwaqt li fit-tielet post b’distakk ta’ 32 sekonda temm Brandon McNulty tal-Istati Uniti għal UAE Team Emirates.

Fil-klassifika ġenerali b’total ta’ 67 siegħa 53 minuta 54 sekondi baqa’ fl-ewwel post id-Daniż Jonas Vingegaard ta’ Jumbo Visma li fetaħ vantaġġ ta’ 2 minuti u 18 il-skonda fuq is-Sloven Tadej Pogacar ta’ Team Emirates u 4 minuti 56 sekonda fuq il-Britanniku Gerain Thomas ta’ Ineos Granadiers. Fir-raba’ post jinsab Nairo Quintana tal-Kolumbja għal Team Arkea Samic b’distakk ta’ 7 minuti 53 sekonda. L-istadju li jmiss huwa bejn Lourdes u Hautacam.