Sport Sport Ieħor

Boċċi: Taqtiegħa interessanti fit-Tieni u t-Tielet Diviżjoni

Fit-Tieni Diviżjoni it-tim ta’ Birkirkara, li kien qed jokkupa l-ewwel post tal-klasiffika ġarrab it-tieni telfa tiegħu ta l-istagun barra minn darhom kontra Bormla Sta. Margerita bil-punteġġ ta 21 b’14 biex issa intlaħqu minn Birgu, li bir-rebħa tal-lum telgħu ukoll fl-ewwel post tal klassifika bi 13-il punt. Birgu għelbu lit-tim ta’ Sta. Lucia 21 b’9. Żejtun ġewwa darhom ġarbu telfa kontra t-tim ta’ Birżebbuġa f’partita mill-isbaħ li setgħet marret kull naħa bl-iskor finali ta’ 21 bi 19. Żejtun kienu qed jokkupaw it-tielet post tal-klassifika b’9 punti biex issa gew milħuqa mill-listess Birżebbuġa u Bormla bħala sfidanti għall-ewwel erba’ postijiet għar rebħ tal-promozjoni. Tarxien kisbu it-tmien rebħa tagħhom meta barra minn darhom għelbu lil-Sta. Venera 21 b’5 u żammew it-tamiet tagħhom ħajjin, punt taħt Bormla, Żejtun u Birżebbuġa. Floriana kisbu is-seba’ rebħa tagħhom meta għelbu lit-tim ta’ Thassalejn 21 b’16 biex huma wkoll daħlu fit-tiġrija ikunu għar-raba post meta fadal seba’ partiti. Cospicua Rangers kisbu rebħa tajba kontra t-tim ta’ Mosta biex il Mostin baqgħu ankrati fl-aħħar post tal-klassifika f’partita kkumbattuta 21 bi 18.

KlassifikaLP
Birgu1513
Birkirkara1513
Żejtun159
Birżebbuġa159
Bormla159
Tarxien158
Floriana158
Cospicua R.157
Sta. Lucia155
Thassalejn155
Sta. Venera153
Mosta151

Mit-Tielet Divizjoni Luqa u Kalkara baqgħu għadejjin bil-wirjiet tagħhom meta kisbu t-13-il rebħa biex issa qed jaqsmu l-ewwel post. Kalkara għelbu lill-Pietà 21 bi 8 filwaqt li t-tim ta’ Luqa rebħu barra min darhom kontra Qrendi mingħajr wisq tbatija bil-punteġġ ta’ 21 b’5. Qrendi gew milħuqa mit-tim ta’ Qormi San Ġorg fir-raba post b’dawn tal-aħħar jirbħu kontra Fgura 21 b’14 biex issa telgħu fir-raba’ post tal-klassifika flimkien ma’ Qrendi u żamm it-tamiet li jikseb il- promozjoni meta fadal tliet partiti biex jintem il-kampjonat. Ħamrun barra minn darhom għelbu lit-tim ta’ Marsaskala mingħajr wisq tbatija u kisbu is-seba’ rebħa tal-istaġun u ħallew lit-tim ta’ Marsaskala fl-aħħar post. Logħba oħra akkanita kienet dik bejn it-tim ta’ Valletta SP u San Ġwann b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa 21 bi 19 u kisbu s-sitt rebħa tal-istaġun. Luqa u Kalkara huma l-ewwel żewġ timijiet li se jilagħbu fil-playoffs għar-rebħ tal-promozjoni għat- Tieni Divizjoni meta għandom vantaġġ ta ħames punti meta jonqos biss tliet partiti biex jintemm il-kampjonat.

KlassifikaLP
Luqa1514
Kalkara1514
Fgura1511
Qrendi158
Qormi San Ġorġ158
Ħamrun157
San Ġwann156
Valletta SP154
Pietà152
Marsaskala151