Futbol Sport

Draw fl-aħħar minuti għal Gżira kontra Radnikci

GŻIRA UNITED …….. 2

RADNICKI NIS ……… 2

Gżira U: D. Zarkov; Z. Scerri (C. Gauci 91’), G. Mentz, L. Tabone, N. Muscat, R. Correa, M. Dias, M. Cosic, Maxuell (T. Kolega 74’), L. Riascos, Jefferson.

Radnicki N: M. Drobnjak; N. Aksentijevic, M. Savic, A. Tolordava, B. Mladovic (M. Gakou 65’), A. Pejovic, L. Arsic, S. Marjanovic (A. Mesarovic 65’), L. Jovanovic (B. Tomic 65’), S. Petrov, N. Stulic (S. Dimic 74’)

Referee: F. Karako

Assitenti Referees: P. Kóbor, N. Bornemissza

Fis-Centenary Stadium Gżira kienu mċaħħda minn rebħa mportanti fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League, b’Radnicki Nis jiksbu d-draw ta’ 2-2 fl-aħħar minuta tal-partita. Kienu Radnicki Nis li fetħu l-iskor fit-28 minuta permezz ta’ Nikola Stulic, bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 1-0.

Fit-tieni taqsima Gżira ħarġu jfittxu l-gowl u proprju fis-56 minuta kisbu d-draw b’gowl ta’ Maxwell Maia, li approfitta minn żball tal-goalkeeper ta’ Radnick Drobnjak. Biex fil-61 minuta Gżira marru fil-vantaġġ, meta Marcelo Dias kien imwaqqa’ fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdaxil metru reġa’ kien Maxwell Maia li ma żbaljax għal 2-1.

Minkejja dan hekk kif dehret li se tkun rebħa għal Gżira, Radnicki kisbu l-gowl tad-draw fit-92 minuta b’konklużjoni ta’ Maka Gakou. Gżira issa jilagħbu t-tieni leg ta’ dan ir-round nhar il-Ħamis f’Nis fis-Serbja.