Raġel ta’ 55 sena mill-Iklin ġie kkundannat ħames snin ħabs mill-Maġistrat Simone Grech wara li sabitu ħati li 12-il sena ilu seraq b’€50,000 f’ġojjelli minn villa ta’ koppja li wkoll hija residenti l-Iklin. Alexander Cardona instab ħati li kkommetta din is-serqa fil-25 ta’ Novembru tal-2010, għall-ħabta tas-2.15pm.
Bint il-koppja vittma qalet fil-Qorti li dak il-perjodu kienet qed tistenna tarbija. Saħqet li waqt li kienet rieqda semgħet il-qanpiena tal-intercom iddoqq u pero baqgħet fis-sodda u semgħet ukoll il-bieb ta’ fuq iħabbat u jiġi sgassat. Qalet li meta telgħet fuq għarfet lil Cardona mill-intercom u ratu jisraq minn kexxun.
Spjegat li rat lill-imputat fil-kamra tas-sodda tal-ġenituri tagħha u kien qed jisraq l-affarijiet minn gol-kxaxen. Mera rat dik ix-xena, nizlet ‘l isfel u ħarbet. Ikkonfermat li sussegwentement, saret ‘Identification Parade’ u hija għarfet lill-imputat bhala l-halliel.
L-omm qalet li ħalliet it-tifla d-dar u marret sal-ħanut. Spjegat li bintha ċemplitilha u nfurmatha li kien daħal xi ħadd id-dar u x’ħin waslet, rat kollox imqalleb u li t-tifla ma kinitx hemm. Spjegat li nsterqu diversi gojjelli li jammontaw għal madwar €50,000 u kif ukoll mappa.
Qalet li l-bieb tal-kamra tas-sodda spiċċa ‘total loss’. Kien hemm ħsarat f’mejda, u kif ukoll fis-serraturi. Dawn issewwew. Ikkonfermat li ma’ din il-villa għandhom intercom. Il-ġojjelli kienu fil-gradenza tal-kamra tas-sodda u kollox kien imħarbat u barra mill-kxaxen.
Missier it-tifla qal li li meta mar fid-dar tiegħu, ra il-kxaxen miftuħin u l-bieb tal-kamra tas-sodda miksur. Huwa kkonferma li kien insteraq ammont ta’ gojjelli, inkluż deheb li kien wiret mingħand il-ġenituri tiegħu. Sostna li huwa ma kienx id-dar meta seħħet is-serqa.
Cardona kien qed jiġi mixli wkoll li ttanta jisraq minnn residenza oħra fl-Iklin, viċin ħafna ta’ fejn joqgħod hu. Allegatament is-serqa ġrat fil-5 ta’ April 2012, għall-ħabta tas-1.45pm. L-imputat kien jgħix dak iż-żmien, flimkien mal-ġenituri tieghu.
Fix-xhieda moghtija minnu dwar dan il-każ huwa spjega li huwa kien ħa xi lumi minn siġra tal-gara, u wara li ommu
widbitu għal dak li kien għamel, huwa kien iddecieda li jmur jkellem lill-ġara u jitlobha tgħidlu kemm għandu jħallasha. Fix-xhieda tiegħu sostna li mar tliet darbiet.
L-ewwel darba, ma fetaħlu ħadd. It-tieni darba, ratu l-ġara, li għalqitlu l-bieb f’wiċċu. Mar imbaghad ghat-tielet darba, izda ma fetaħlu ħadd. Irriżulta wkoll li meta fit-tieni okkażżjoni għalqitlu l-bieb f’wiċċu, huwa kien għaddej minn fejn tal-ħaxix, u mara li kien hemm qaltlu li probabli kien ħasadha lill-ġara, bil-konsegwenza li rreaġixxiet b’dak il-mod.
Minn evalwazzjoni ta’ dawn il-provi, l-Qorti qalet li tqies li l-Prosekuzzjoni ma rnexxilhiex tipprova sal-grad rikjest mil-lii,ħ li l-imputat verament kien mar biex jisraq mill-proprjetà tal-ġara tiegħu, dakinhar tal-5 ta’ April 2012. Fil-każ l-ieħor, Cardona qal li ma kien jaf b’xejn dwar is-serqa tal-€50,000 f’ġojjelli.
Il-Maġistrat Grech rrimarkat kif mill-provi rriżulta li huwa tela’ mat-terrazzin tal-kamra tas-sodda u sgassa bieb tal-aluminju biex daħal fid-dar. Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-piena, hija qieset iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ u kundannatu ħames snin ħabs, li minnhom irid jitnaqqas il-perjodu li huwa għamel taħt arrest preventiv. Għal deher l-Avukat Edward Gatt
//= $special ?>