Futbol Sport

Ħamrun Spartans jegħlbu lil Velez Mostar f’Sarajevo

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

VELEZ MOSTAR……………….0

ĦAMRUN SPARTANS………1

Velez Mostar: S. Bogdanovic, N. Andjusic (A. Dzadankovic 80′), M. Cosic, E. Halilovic, D. Hasanovic (J. Blagojevic 58′), N. Haskic, F. Ikic, A. Pavic (D. Pantelic 58′), S. Radovac (O. Prses 75′), D. Zajmovic (E. Vehabovic 58′), S. Zeljkovic

Ħamrun S.: H. Bonello, S. Borg, E. Marcelina, O. Bjelicic, J. Corbolan, R. Prsa, M. Guillaumier, R. Camenzuli, J. Robert (M. Sowe 63′), E. Sukisa (I. Nedelkovic 73′), D. Soares (Eder 85′)

Imwissija: N. Haskic 42′, M. Cosic 54′ (V)

Skorjaw: M. Guillaumier 30′ (Ħ)

Referee: A. Davey (Irlanda ta’ Fuq)

Assistenti Referees: Georgios Argyropoulos u Stephen Bell (Irlanda ta’ Fuq)

Ħamrun Spartans komplew fejn ħallew il-ġimgħa li għaddiet u b’wirja mill-aqwa u mill-aktar organizzata kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Velez Mostar tal-Bożnija Ħerzegovina fl-ewwel leg mit-Tieni Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League.

Fl-ewwel taqsima Ħamrun mill-ewwel dehru li se jkunu ta’ sfida denja għat-tim immexxi minn Amir Osim hekk kif minbarra li dehru organizzati u kompatti fid-difiża kienu perikolużi fil-fażi offensiva, bid-difiża ta’ Velez tkun evidentament f’diffikultà kull darba li l-Ispartans jidħlu fil-kaxxa avversarja. Il-prestazzjoni pożittiva tal-ispartans kienet premjata wara nofs siegħa logħob meta wara kross ta’ Dodo kien Elvis Mashike li bir-ras impenja lil Bogdanovic li wettaq save tajjeb ħafna, iżda bi sfortuna għal goalkeeper ta’ Velez il-ballun ħabat mal-wieqfa u spiċċa f’saqajn MATTHEW GUILLAUMIER li b’lasta vojta tefa’ ġewwa. L-iskor sa tmiem l-ewwel taqsima baqa dak ta’ 1-0 bl-ispartans jidżlu jistrieħu meritatament minn fuq.

Dodo jipprova jevita l-plejer avversarju (Ritratt: Joseph Galea)

Fit-tieni taqsima il-wirja tal-ispartans baqgħet prattikament l-istess bid-difiża tibqa tikkumbatti l-attakki tal-avversarji iżda t-tim ma’ waqax lura u prova jfittex it-tieni gowl iżda l-iskor baqa’ ma’ nbidilx. Henry Bonello kien deċiżiv fl-aħħar minuti tal-ħin barrani meta minn taħt il-lasta b’mod spettakolari salva xutt ta’ Nermin Haskic. Ħamrun Spartans issa l-ġimgħa d-dieħla jilqgħu lil Velez Mostar fis-Centenary Stadium b’gowl vantaġġ u bit-tama li jerġgħu jirrepetu dak li għamlu llum u b’hekk jagħmluha għat-Tielet Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni.