Statistika tal-Caritas dwar il-persuni li jabbużaw minn sustanzi qed tkompli turi li l-użu tal-kokaina qed ikompli jiżdied filwaqt li l-eroina qed titlef il-popolarita.
Filfatt fl-2021, minn ftit aktar minn 700 klijent li użaw is-servizzi ta’ kontra l-vizzju tad-droga tal-Caritas, mal-45% kienu persuni li għandhom problema bil-kokaina filwaqt li 25% kellhom dipendendnza fuq l-eroina… u 20% fuq il-cannabis.
Anthony Gatt, Direttur tal-Caritas, qal li din l-istatiska ġeneralment tkun tirriffletti x-xejriet reali fis-soċjetà.
Hu spjega kif 10% ta’ dawk li jibdew jużaw il-cannabis jiżviluppaw dipendenza serja.
Gatt qal ukoll li l-vizzju tal-coke ħafna drabi huwa marbut ukoll ma’ xorb eċċessiv.
Intant wara li fl-aħħar ġimgħat kien hemm rapporti ta’ użu ta’ date rape drugs, Gatt qalilna li filwaqt li min irid ibigħ id-drogi mhux se jagħtihom b’xejn, din it-tip ta’ sustanza għandha użu differenti u wissa biex wieħed iżomm għajnejh fuq it-tazza tax-xorb tiegħu waqt li jkun f’bars jew clubs.
Id-Direttur tal-Caritas qal li l-użu tal-kokaina qiegħed aktar ma jmur isir aġir aċċettat f’ħafna attivitajiet soċjali u d-dipendenza fuqha qegħda dejjem tiżdied.
//= $special ?>