Lejliet il-partita mit-Tieni Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League bejn Velez Mostar u Ħamrun Spartans, l-Erbgħa f’Sarajevo saret konferenza tal-aħbarijiet bis-sehem taż-żewġ kowċis tat-timijiet rispettivi.
Branko Nisevic qal li l-iskwadra kollha hija disponibbli u li ma’ hemm l-ebda injuries filwaqt li l-plejers jinsabu kkonċentrati u preparati biex jagħtu dak kollu li jistgħu biex f’Sarajevo jġibu riżultat tajjeb. L-attakkant mill-Cape Verde kkumenta dwar l-istaġun li għadda u qal li t-tim ma’ ffunzjonax kif kien mistenni iżda jemmen li dan l-istaġun se jkunu sfidanti denji għar-rebħ tad-disa’ kampjonat.
Mistoqsi dwar x’inhi l-opinjoni tiegħu dwar Ħamrun Spartans, il-kowċ ta’ Velez Mostar Amir Osim qal li kien impressjonat dwar kif Ħamrun kienu kkonċentrati u aggressivi, kontra Alashkert li l-istaġun li għadda lagħbu fil-fażi tal-gruppi tal-Europa Conference League. Huwa qal li ma’ kienx qed jistenna wirja bħal dik mill-Ispartans u jekk Velez ma’ jkunux mija fil-mija ikollhom il-problemi.

Wara l-konferenza tal-aħbarijiet l-iskwadra ta’ Ħamrun Spartans tħarrġet fi Stadion Grbavika, l-Istadium Nazzjonali tal-Bożnija Ħerzegovina, li fih se jkun qed jintlagħab il-konfront mill-ewwel leg.
Il-partita tal-lejla ser tintlagħab fit-20:30 u se tinewrà f’xandira diretta fuq NET Television.
