Ambjent Lokali

“Irwejjaħ li kull ma jmur ikomplu jiffermentaw f’dawn il-jiem sħan tas-sajf”

Irwejjaħ li kull ma jmur ikomplu jiffermentaw f’dawn il-jiem sħan tas-sajf. Drenaġġ ħiereġ għall-baħar.

Din hija is-sitwazzjoni li qed tiddomina z-zona magħrufa bħala tal-Veċċja f’San Pawl il-Baħar fejn numru ta’ persuni tkellmu magħna fuq kif din iz-zona ntesiet totalment bi ħmieġ mal-promenade….u telqa kbira.

Persuni li għamlu kuntatt ma’ Net News iddeskrivew kif iz-zona ilha taħt abbandun żmien twil.

Min-naħa tagħna, meta żorna z-zona rajna skips li ilhom ma jitbatlu għal numru ta’ jiem u kif ukoll skart ieħor.

Residenti qalulna li f’waqtiet ir-riħa tad-drenaġġ qed tkun insapportabbli, b’persuni jgħidu li ilhom isiru rapporti biex il-problema tad-drenaġġ tittejjeb.

Oħrajn spjeaw magħna li dan kollu huwa frott tan-nuqqas ta’ ħsieb fl-infrastruttura u huwa għalhekk li hemm il-problema tad-drenaġġ. L-istess residenti qalulna li ilhom jagħmlu ilmenti mal-Kunsill Lokali dwar l-indafa fiz-zona, bl-awtoritajiet jagħmlu ftit li xejn…u bil-post jibqa’ żdingat anki fl-eqqel tas-sajf.