Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ sular f’Ta’ Sannat

Ritratt: Martin Agius

Ħaddiem ta’ 36 sena residenti r-Rabat, Għawdex waqa’ għoli ta’ madwar sular u sofra ġrieħi gravi wara li ċediet injama li kien qiegħed jaħdem fuqha.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5pm, f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ta’ Xagħman, f’Ta’ Sannat, Għawdex.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.