Lokali

“L-applikazzjoni tikser numru ta’ policies”

F’pajjiżna hawn bżonn kbir li jkunu preservata l-ispazji pubbliċi, iżda b’dak li qed jipproponi l-Gvern ghal Santa Venera… qed imur kontra numru ta’ policies ta’ żvilupp.

Hekk sostna ma’ Net News id-Deputat Nazzjonalista Darrern Carabott, hekk kif b’dak li qed ikun propost għall-ġnien Romeo Romano, il-Gvern qed jipperikola l-identità u l-preservazzjoni ta’ spazji pubbliċi bħal dawn. 

Fi ġnien Romeo Romano bħalissa qed isir proġett ta’ restawr intensiv… iżda t-tħassib ta’ ħafna huwa li dan il-ġnien, li huwa wieħed mill-pulmuni ta’ Santta Venera,  se jispiċċa jkun ikkummerċjalizzat.

Darren Carabott spjega l-oġġezzjonijiet li ressaq hu mal-Awtorita tal-Ippjanar sabiex dan il-ġnien ma jitlifx l-identità tiegħu.