Internazzjonali

Sri Lanka: Jieħu l-ġurament bħala President ġdid

Ranil Wickremesinghe għadu kemm ħa l-ġurament bħala l-President ġdid fost it-tamiet li jirnexxilu joħroġ lis-Sri Lanka mill-kriżi ekonomika profonda li ilha tifni lill-poplu għal diversi xhur.

Il-President ta’ 73 sena hu anki eks Prim Ministru tas-Sri Lanka u l-osservaturi politiċi kollha jaqblu li hu qed igawdi ftit li xejn tal-popolarità mal-poplu. Madankollu, tant huma kbar il-problemi tas-Sri Lanka li l-poplu lest biex jagħtih ċans li jiggverna u ladarba l-pajjiż kompla jogħdos fit-taqlib u t-tensjoni minħabba l-kriżi ekonomika.

Ħafna Srilankani qed iwaħħlu fil-Gvern tal-eks President Nandasena Rajapaksa għall-politika li wasslet lill-finanzi tal-pajjiż fi stat diżastruż. Hu minnu wkoll li diversi setturi tal-poplu qed iqisu lil Wickremesinghe bħala parti minn din il-problema – madankollu  kienu ftit id-dimostrazzjonijiet ta’ protesta fit-toroq matul il-jum meta hu kien ikkonfermat rebbieħ tal-vot fil-Parlament li kkonfermalu t-tmexxija tas-Sri Lanka għas-snin li ġejjin.