Lokali Saħħa

Taħriġ b’xejn għal min jieħu ħsieb persuni bid-dementia

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed toffri programm edukattiv b’xejn lil kull min irid jitgħallek aktar dwar il-kura ta’ persuni bid-dementia.

Dan il-programm jinstab online u għandu ħames taqsimiet. Biex jitlesta jieħu madwar seba’ sigħat.

Il-kors huwa maqsum f’ħames taqsimiet

Kull min japplika għal dan il-programm jista’ jagħżel li ma jsegwix is-segwenza kif inhi u jista jagħżel ukoll li jagħmel it-taqsimiet li l-aktar li jinteressawh.

It-taqsimiet jinvolvu ftit qari, eżempji prattiċi u xi eżerċizzji, u min jagħmel il-kors se jirċievi wkoll feedback waqt li jkun qed jagħmel l-eżerċizzji.

Meta wieħed ilesti l-programm sħiħ, jinħariġlu ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.

Il-lezzjonijiet kollha jikkonsistu f’qari qasir, eżempji deskrittivi u diversi eżerċizzji. Min ikun qed jagħmel il-kors se jkun qed jirċievi feedback waqt li jkun qed jaħdem l-eżerċizzji. Jinħareġ iċ-ċertifikat meta il-parteċipant ilesti t-taqsimijiet u l-eżerċizzji kollha, flimkien mal-istħarriġ fuq il-kors.

Il-programm iSupport għandu l-għan li jipprevjeni u/jew inaqqas il-problemi ta’ saħħa mentali u fiżiċi assoċjati mal-kura, u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li jieħdu ħsieb lil persuni bid-dimensja.

Tista’ tirreġistra għal dan il-kors billi tikklikkja hawn.