Lokali Qorti

Iż-żagħżugħ li allegatament aggredixa xufier tat-taxi jingħata l-libertà proviżorja

L-avukati ta’ żagħżugħ Ingliż li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ attakk fuq xufier ta’ taxi li fih allegatament intuża ponn tal-]adid, tefgħu dubji dwar l-eżattezza tal-akkużi kontrih, u qalu li l-arma allegata li ntużat ma nstabitx u rrimarkaw li l-akkużat kien ukoll weġġa’.

Oliver Chandler Kassim ta’ 19-il sena, imwieled f’Salford fejn Manchester u residenti l-Mellieħa tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco l-Ħamis wara nofsinhar mill-Ispettur George Frendo, akkużat li għall-ħabta tat-3am tal-Erbgħa attakka u weġġa’ gravi lix-xufier tat-taxi Joe Decelis Maksyuta.

Huwa kien mixli wkoll li uża arma biex iwettaq ir-reat. L-ebda dettalji tal-inċident ma ħarġu fis-seduta tal-Qorti. Kassim, li qal lill-qorti li jaħdem bħala analista fil-kummerċ, wieġeb mhux ħati tal-akkużi. Il-libertà proviżorja kienet mitluba mid-difiża.

L-Avukat Stefano Filletti, li flimkien mal-avukati Giannella De Marco u Maronia Magri qed jidhru għal Kassim infurmaw lill-Qorti li l-ġenituri tal-akkużat kienu barra l-awla sabiex joffru lilhom infushom bħala garanti għall-akkużat għal kwalunkwe kundizzjoni ta’ ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur George Frendo qal li l-akkużat kien ta daqqa ta’ ponn lill-vittma mingħajr raġuni, u oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest għal din il-bażi, flimkien mar-rabtiet tar-raġel ma’ pajjiżi oħra u l-fatt li l-vittma kien għad irid jixhed fil-proċeduri.

Kien hemm il-biża’ li l-akkużat jikkontamina x-xhieda, qal l-ispettur. l-Avukat Filletti fakkar lill-qorti li d-dritt fundamentali għal-libertà huwa minqux fil-kostituzzjoni. Is-setgħat tal-pulizija biex tillimita dan kienu eċċezzjonijiet għar-regola, li “ma kinitx kożmetika.”

“Il-prosekuzzjoni għandha għalxhiex tistħi biex tipprova tikkonvinċi lill-qorti biex ma tagħtix il-libertà proviżorja, għax l-akkużat huwa preżunt innoċenti. Huwa biss meta l-prosekuzzjoni ġġib biżżejjed evidenza biex tiġġustifika d-detenzjoni kontinwa li l-libertà proviżorja għandha tiġi miċħuda.”

“Għal xi raġuni, is-sitwazzjoni hawnhekk hija l-oppost. Id-difiża donna għandha wiċċha aħmar bil-mistħija tipprova tiġġieled din il-biża possibbli. Imma l-biżgħat għandhom l-għeruq f’xi fatti? Il-fatt li għad hemm xhieda li jridu jixhdu mhuwiex fattur li jiddeċiedi dwar il-pleġġ.

Jekk kien hemm riskju ta’ tbagħbis tal-evidenza, il-prosekuzzjoni kellha tħarrek ix-xhieda illum,” qal Filltetti. Il-vittma ħareġ mill-isptar u kien diġà għamel numru ta’ intervisti mal-midja, b’mod partikolari lil NET news, irrimarka l-avukat. “Għalhekk id-dettalji tal-allegat vittma huma ħielsa u tista’ tarahom id-dinja kollha,” sostna Filletti.

“L-akkużat ma jafx lill-vittma u ilu ma kkuntattjah mill-inċident ‘l hawn. Nafu x’qal il-parte civile? Iva. Kien qed jitlob biex l-akkużat jitkeċċa barra mill-pajjiż jew jispiċċa imdendel, żied Filletti. L-avukat difensur talab lill-qorti tordna li l-akkużat jiġi fotografat u eżaminat minn persuna medika, espert espert maħtur mill-qorti.

Għalkemm l-allegat vittma kien qed jgħid li kien attakkat mingħajr raġuni, l-akkużat għandu għajnejh sewda u tbenġil fuq dahru, li jindikaw l-użu ta’ arma, sostna Filletti. “Hemm ħafna aktar xi ngħidu dwar dan il-każ, iżda nafu x’għandha xi tgħid il-parte civile,” qal l-avukat.

“Kieku ried jaħbi kien imur joqgħod ma’ ħabib. Huwa ġie arrestat fid-dar tal-ġenituri tiegħu,” qal Filletti li enfasizza r-rieda tal-ġenituri tal-akkużat li jpoġġu lilhom infushom fuq quddiem u joqgħodu ma’ din il-qorti. “Armi proprji,” osserva l-avukat, waqt li qara mid-dokument tal-akkużi.

“Stramba, stramba ħafna qabel l-inċident, qabel ma daħal fit-taxi, l-akkużat ġie mfittex mill-pulizija. Ma nstabet l-ebda arma. Huwa nħeles mill-kustodja tal-pulizija u ħa taxi. Mal-arrest tiegħu, ma nstabet l-ebda arma. Għaliex l-allegat vittma qed jgħid li kien attakkat b”knuckleduster’ (ponn tal-ħadid)?

Ma kien hemm l-ebda laċerazzjoni misjuba li huma komuni f’attakki bħal dawn. L-akkużat kien qed jirċievi theddid fuq il-midja soċjali, żied Filletti. “Sempliċement għax tressaqt il-qorti, m’intix marbut li tgħaddi mill-esperjenza ta’ 15-il jum ħabs, jekk tinżamm arrestata” issottometta l-avukat.

L-akkużat kien lest li joffri l-garanziji kollha possibbli għall-ubbidjenza tiegħu għall-kundizzjonijiet tal-pleġġ. De Marco żiedet jgħid li s-serjetà tal-akkużi ma kinitx raġuni biex tipprekludi l-ħelsien mill-arrest. “Il-libertà proviżorja hija dritt, sakemm il-prosekuzzjoni ma turix il-livell ta’ probabbiltà..li hemm raġunijiet biex ma tingħatax il-libertà proviżorja,” qalet l-avukat, li kkwotat l-każistika.

Sostniet li kien hemm reati aktar serji minn dawk li qed jiffaċċja l-akkużat. Kemm l-akkużat kif ukoll il-vittma għandhom għajnejn suwed, żiedet tgħid l-avukat. Fir-rigward tan-nazzjonalità tal-akkużat, qalet li l-liġi ma użatx dan il-kriterju u tkellmet biss dwar rabtiet mal-komunità.

“Għandu familja f’Malta, jaħdem Malta u jgħix Malta.” L-akkużat ukoll għandu biss 19-il sena, kompliet l-avukat, li qalet li d-detenzjoni ma kinitx ideali. Il-vittma ma beżax jgħid in-naħa tiegħu tal-istorja, kif muri mill-intervisti tal-istampa u l-posts fuq il-midja soċjali tiegħu.

Il-biża’ ta’ tbagħbis fil-provi trid tiġi ppruvata, qalet De Marco. L-allegat vittma ma deherx li kien persuna vulnerabbli, qalet l-avukat. L-akkużi kienu jinkludu talba għal ordni ta’ protezzjoni u l-akkużat ikun kuntent li joqgħod għal dan, qalet De Marco.

Il-prosekuzzjoni sostniet li l-akkużat kien “periklu għas-soċjetà,” u qal lill-qorti li kien l-akkużat innifsu li kien qal lill-pulizija li kien se jivvjaġġa lejn u minn Ġibiltà bħala parti mix-xogħol tiegħu. Kien hemm biża’ reali li dan iwassal biex ma ssirx ġustizzja f’dan il-każ, sostna l-ispettur.

L-inqas li setgħet tagħmel il-qorti għall-vittma kienet li tipprovdi serħan tal-moħħ lill-vittma li għandu wkoll drittijiet. Hawn tkellem Kassim, li qal lill-qorti li kien ilu ma jkun Ġibiltà, fil-fatt għal snin sħaħ. Filletti irribatta li l-akkużat ukoll kellu drittijiet.

Kieku l-prosekuzzjoni kienet tant tibża’ li l-akkużat jaggredixxi lill-allegat vittma, dan imissu ssejjaħ biex jixhed illum. De Marco żiedet tgħid li jekk kien hemm tali biża’, l-ewwel ħaġa li kellu jagħmel l-ispettur kien li jġib lill-vittma tixhed qabel inkjesta maġisterjali biex tippreserva l-provi, iżda li dan ma sarx.

Il-Maġistrat Lara Lanfranco, wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-partijiet fuq il-leġġ, laqgħet it-talba biex ir-raġel jinħeles mill-arrest. Huwa ġie ordnat jiffirma ktieb fl-Għassa tal-Pulizizija kuljum u josserva curfew. Il-ħelsien mill-arrest ta’ Kassim kien garantit b’depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €2,000. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur l-allegata vittma. Il-Qorti spjegat lill-akkużat li kellu bżonn il-permess minn qabel tal-qorti biex jivvjaġġa barra mill-pajjiż.