Lokali

Air Malta sfurzata tbiddel aktar titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Heathrow

9 titjiriet minn u lejn l-ajruport Ingliż ta’ Heathrow.

Fi stqarrija maħruġa mil-linja tal-ajru nazzjonali ntqal li minħabba l-konġestjoni u l-kjuwiet twal li qed ikun hemm fl-ajruport ta’ Londra, l-ajruport Ingliż qed jiddetta lil-linji tal-ajru b’capping ta’ passiġġieri….sal-11 ta’ Settembru, 2022.

Għaldaqsant Air Malta spjegat li għax-xhur ta’ Lulju u Awwissu kellha tbiddel xi titjiriet.

Fit-22 ta’ Lulju KM 106 issa se jitlaq minn Malta f’12:15 filwaqt li KM 107 se jitlaq minn Heathrow fit-15:45

Fis-27 ta’ Lulju, 1, 3 u 6 ta’ Awwissu KM 102 jitlaq minn Malta fin-12:30 filwaqt li KM 103 jitlaq minn Heathrow fl-16:05.

Fid-29 ta’ Lulju, 5, 12 u 19 ta’ Awwissu – KM 106 se jitlaq minn Malta f’12:10 filwaqt li KM 107 jitlaq minn Heathrow fit-15:30.