Fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom tliet persuni oħra bil-Covid, bit-total ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija s’issa f’pajjiżna tela’ għal 783.
Intant, bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa nstabu 150 każ ġdid minn 1,189 swab tests li saru. Dan l-ammont ma jinkludix is-self tests li jsiru fid-djar u meta wieħed ma jirraportahomx lill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
U fl-aħħar sigħat fiequ 540 persuna oħra biex b’hekk it-total ta’ każi attivi kompla nieżel għal 4,395.
//= $special ?>