Lokali

“Il-bulettin tal-aħbarijiet ta’ TVM ma jistax jibqa’ kif inhu” – Peppi Azzopardi

Il-bord tal-monitoraġġ tal-elezzjonijiet fl-Ewropa kkundanna l-mod kif il-Partit Laburista fil-Gvern uża flus il-poplu biex jixtri l-voti.

F’rapport li elenka nuqqasijiet minn naħa tal-Gvern fil-proċess elettorali, l-OSCE qalet li din il-prattika mhix konformi ma’ standards internazzjonali.

Dwar dan tkellem ma’ Net News l-opinjoninsta Peppi Azzopardi.

“DAN HUWA ‘CORRUPT PRACTICE’ EVIDENTI. NIFATKRU DAWN IL-FLUS ĠEJJIN MILL-FLUS TAGĦNA. MA NAFX JAFUX IN-NIES QED INĦALLSU NOFS MILJUN EWRO IMGĦAX KULJUM“.

Peppi Azzopardi tkellem ukoll dwar dak li qal l-istess rapport b’rabta mal-PBS.

“L-AĦBARIJIET TA’ TVM MA JISTAX JIBQA KIF INHU …PROPJETÀ TAL-GVERN. DAN SUPPOST QED JISKRUTINJA L-GVERN U DAN JGĦIDU R-RAPPORT, U QALITU WKOLL IL-QORTI KOSTITUZZJONALI LI SABET LI F’DAL KAŻ IL-PN FI ŻMIEN L-ELEZZJONI KIEN QED IKUN TRATTAT B’MOD DISKRIMINTARJU. IMMA ISSA TARD WISQ HUX“.

Peppi Azzopardi ta eżempju bix-xandir nazzjonali fir-Renju Unit, il-BBC li r-rappurtaġġ tiegħu hu meqjus wieħed mill-fatturi li wasslu għar-riżenja tal-Prim Ministru Ingliż.

“KIEKU HAWN MALTA KIEN IKUN BIL-MAQLUB. BIEX TKUN QED TIFHEM IĊ-ĊENSURA LI HEMM FUQ TVM, ANKE LILL-PAPA ĊĊENSURAW GĦAX TKELLEM FUQ IL-KORRUZZJONI“.