L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti preżentat stħarriġ li sar fl-aħħar ġimgħat u li juri kif it-turiżmu f’Malta qed jirkupra sew, iżda għadu ma laħaqx il-livelli ta’ qabel il-pandemija.
Fil-fatt, sal-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, pajjiżna ra 75% tat-turisti li ġew Malta fl-2019. In-negozji qed jieħdu r-ruħ tul dan is-sajf għall-fatt li qed jesperjenzaw iktar turisti, bl-ammont ta’ turisti li ġew f’Malta fit-tieni kwart tas-sena laħaq is-86% tal-livelli tal-2019.
Il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal li biex pajjiżna jilaħħaq il-livell li konna naraw fis-snin passati, irid jassigura li l-ajruplani li jiġu Malta jkunu mimlijin…ghalkemm anke l-gholi tal-hajja se thalli l-effetti taghha.
Dan l-istess stħarriġ wera it-tħassib tan-nies kemm biex jirkbu ajruplan fid-dawl tal-każijiet tal-Covid iżda wkoll il-fatt li mhumiex finanzjarjament stabbli biex isiefru… fil-fatt, kienu 46% ta’ dawk li wieġbu, jiġifieri kważi nofshom li mhumiex lesti li jerġgħu jibdew isiefru.
Qed ikun imbassar ukoll li titjiriet li jiġu f’pajjiżna minn pajjiżi Ewropej mistennija jlaħħqu 85% ta’ dawk li kelna fl-2019.
Hu interessanti li wieħed jara kif l-akbar daqqa li qed jieħdu huma lukandi ta’ ħames stilel hekk kif dawn raw tnaqqis ta’ 20% mill-2019 meta kkumparat ma’ lukandi ta’ erba’ stilel li raw biss tnaqqis ta’ 8%.
Fil-maggoranza taghhom…il-lukandi irraportaw kif 10% tan-nies li kienu bbukjaw ikkanċellaw filwaqt li fl-aħħar ġimagħtejn raw kif sitt minn kull ghaxra qed idumu biex jibbukjaw.
//= $special ?>