Il-Ħadd 25 ta’ Settembru se tkun qed issir l-elezzjoni bikrija fl-Italja. Dan wara r-riżenja tal-Prim Ministru Mario Draghi.
Il-Parlament Taljan ġie xolt b’mod uffiċjali lbieraħ, u issa bdiet it-tellieqa elettorali bejn il-forzi politiċi ewlenin fil-pajjiż.
Intant, Mario Draghi se jkun qed imexxi bħala Prim Ministru caretaker għall-ġimgħat li ġejjin.
Bħalissa, Giorgia Meloni tinsab fuq quddiem fil-polls. U ħafna qed jgħidu li hi se tkun il-Prim Ministru l-ġdid tal-pajjiż.
//= $special ?>