Lokali

Raġel ta’ 47 isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu

Raġel ta’ 47 sena minn San Pawl il-Baħar jinsab rikoverat l-isptar Mater Dei bi ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku.

Is-sewwieq kien għaddej minn Triq Burmarrad għall-ħabta tat-8.30pm meta tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Daihatsu u baqa’ dieħel fil-crash barriers fin-nofs tat-triq.

Bl-impatt il-vettura ħabtet ma’ karozza tal-linja li nzertat għaddejja minn hemm. L-Automotive Kent li kienet misjuqa minn raġel ta’ 42 minn Ħaż-Żabbar kellha xi passiġġieri fiha madankollu la x-xufier u lanqas dawk abbord ma sofrew ġrieħi kawża tal-impatt.

Il-Pulizija qed tinvestiga il-każ.