Fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra bil-Covid, bit-total ta’ vittmi f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija s’issa tela’ għal 785. Fl-aħħar ġimgħa pajjiżna ra 13-il mewta kaġun tal-imxija.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt instabu 106 każi ġodda tal-pandemija biex l-ammont tal-każijiet attivi niżel għal 4,030 wara li fiequ 469 persuna. B’kollox fl-aħħar 7 t’ijiem pajjiżna kellu 1,122 każ ġdid.
L-ebda informazzjoni oħra m’hi qed tingħata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, fosthom l-etajiet tal-vittmi u l-ammont ta’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>