Formula 1 Sport

Charles Leclerc jirbaħ il-Pole Position fi Franza

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc rebaħ il-Pole Position fi Franza biex se jkun qed jibda mill-ewwel post fil-Grand Prix tal-Ħadd. Iċ-champion attwali Max Verstappen ta’ RedBull temm fit-tieni post segwit minn sieħbu tal-istess tim il-Messikan Sergio Perez. Lewis Hamilton fuq Mercedes se jibda mir-raba’ post segwti minn Lando Norris ta’ McLaren u George Russell, fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Fernando Alonso fuq Alpine se jibda mis-seba’ post, b’Yuki Tsunoda se jibda mit-tmien post. Daniel Ricciardo se jibda mid-disa’ post filwaqt li Esteban Ocon se jibda mill-għaxar post.