Sport Sport Ieħor

Paġna storika għall-Beach Soccer f’Malta

Il-Viċi President tal-MFA, Matthew Paris

Fil-jiem li ġejjin, it-tim nazzjonali Malti tal-Beach Soccer se jkun qed jikteb paġna storika, bid-debutt fil-European Beach Soccer League fil-Moldova. L-iskwadra Maltija hi taħt it-tmexxija tal-kowċ Taljan, Marco Casarsa u se tkun qed jilgħab f’League B, Grupp A, bl-ewwel partita se tkun kontra t-tim nazzjonali tal-pajjiż li se jkun qed jospita din il-kompetizzjoni.

Fl-istess grupp ta’ Malta hemm ukoll r-Rumanija u l-Ingilterra. Skont ir-rankings dinija, l-aħjar tim f’dan il-grupp mistennija jkunu l-Moldova, b’Malta tittama li din l-ewwel esperjenza uffiċjali fix-xena internazzjonali tkun waħda pożittiva. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, organiżżata mill-MFA, il-Viċi President tal-assoċjazzjoni tal-futbol lokali, l-avukat Matthew Paris qal li l-MFA għandha fiduċja sħiħa fil-beach soccer u se tkun qed tatgħti l-appoġġ kollu tagħha fi sport li tqisu bħala parti importanti minnha.

Dr Paris irringrazzja lill-isponsors li qed jagħtu l-appoġġ għat-tkabbir tal-Beach Soccer f’pajjiżna kif ukoll lill-President tal-Malta Beach Soccer, Pio Vassallo, tal-għajnuna u l-kontribut tiegħu.