Raġel ta’ 41 sena mill-Mellieħa weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-istess lokalità. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena residenti l-Imġarr u karozza misjuqa mill-vittma.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45am fi Triq il-Qasam Barrani.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>