Futbol Sport

Ray Sant konfermat President ta’ Roma Club Malta

Fl-aħħar jiem saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Roma Club Malta. Ray Sant reġa’ ġie konfermat bħala President, kariga li ilu jokkupa sa mill-2005. Mark Galea u Ivan Vella se jkunu s-Segretarju Ġenerali u t-Teżorier rispettivament.

Il-kumplament tal-kumitat hu magħmul minn Claudio Attard, Leslie Taliana, Simon Zahra, Lawrence Bugelli, Robert Busuttil, Andrea Farrugia, Luke Ellul u Johann Schembri.

L-eks plejer ta’ Roma Sebino Nela, rebbieħ tas-Serie A mal-Giallorossi hu l-President Onorarju tal-klabb Malti. Matul dan l-istaġun, Roma Club Malta se jkunu qed jiċċelebraw il-50 sena anniversarju u għalhekk mistennija jiġu organizzati attivitajiet li jikkommemoraw dan l-anniversarju.

Fost l-inċentivi għall-membri tal-klabb, hemm żewġ biljetti b’xejn għall-partiti ta’ Roma fi Stadio Olimpico fuq bażi ta’ dawk li japplikaw l-ewwel.