L-Amerikana Sydney McLaughlin rebħet il-midalja tad-deheb fl-400 metru Hurdles fil-World Championships li qed isiru f’Eugene, L-Istati Uniti, biex waqqfet rekord dinji ġdid. L-atleta ta’ 22 sena rebħet b’ħin ta’ 50.58 sekondi, biex kisret ir-rekord tagħha stess ta’ 51.41 sekondi. L-Olandiża Femke Bol, li rebħet il-midalja tal-Bronż fl-Olimpjadi f’Tokjo, daħlet fit-tieni post b’ħin ta’ 52.27 sekondi filwaqt li l-Amerikana Dalilah Muhammad temmet fit-tielet post.
Min-naħa l-oħra l-Amerikan Michael Norman rebaħ il-midalja tad-deheb f’44.29 sekonda biex daħal qabel iċ-champion Olimpiku Kirani James. L-Ingliż Matt Hudson Smith rebaħ l-ewwel midalja tiegħu tal-Bronż fil-Kampjonati f’Eugene, hekk kif temm fit-tielet post.
//= $special ?>