Lokali

Tifla ta’ 3 snin l-isptar wara ħabta fix-Xemxija

Tifla ta’ tliet snin sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fix-Xemxija.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-4.15pm f’Telgħet ix-Xemxija.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti x-Xagħra, u oħra li fiha kien hemm it-tifla, misjuqa minn mara ta’ 66 sena mix-Xagħra ukoll u t-tielet vettura – vann Transit misjuq minn raġel ta’ 44 sena mill-Mellieħa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.