Lokali

Tiftaħ il-votazzjoni bikrija għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-PN

Ftit tal-minuti ilu fetħet l-elezzjoni bikrija għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. L-elezzjoni, li qed issir fid-Dar Ċentrali fetħet fit-8 ta’ filgħodu u tibqa’ miftuħa sas-siegħa ta’ waranofsinhar.

Il-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali huma mitlubin jippreżentaw il-Karta tal-Identita, u min hu rreġistrat f’Għawdex u jixtieq jivvota f’Malta – jew vice-versa – hu mitlub jagħmel kuntatt mas-Segretarju Eżekuttiv organizzattiv sat-Tnejn li ġej, 25 ta’ Lulju f’12pm.

Il-ġurnata proprja tal-elezzjoni hija s-Sibt 30 ta’ Lulju, iżda għal dawk li ma jistgħux jivvotaw nhar is-Sibt, se jkunu qed jinżammu żewġ votazzjonijiet f’Malta fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista… li qed issir illum, kif ukoll t-Tnejn 25 ta’ Lulju bejn il-ħamsa ta’ filgħaxija u d-disgha ta’ filgħaxija.

Il-votazzjoni bikrija f’Għawdex se ssir it-Tnejn 25 ta’ Lulju bejn il-ħamsa ta’ filgħaxija u d-disgha ta filghaxija fis-Sub Headquarters tal-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Sannat.

Għal din l-elezzjoni, kien Alex Perici Calascione illi issottometta n-nomina tiegħu għar-rwol ta’ Viċi Kap tal-PN.