Ħelsuha ħafif ix-xufiera ta’ żewġ vetturi li għall-ħabta tal-10.45am, kienu involuti f’inċident fi Triq Temi Zammit, magħrufa wkoll bħala l-bypass tal-Imġarr.
Kelliem tal-Pulizija qal ma’ Net News li ftit wara li seħħ l-inċident issejjaħ fuq il-post tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Fortunatamant ix-xufiera ma sofrew l-ebda ġrieħi għajr ħlief xokk, u ingħataw l-assistenza medika fuq il-post.
Kaġun ta’ dan l-inċident inġema’ ammont kbir ta’ traffiku fiz-zona.
Ritratti: Amy Sargent
//= $special ?>