It-tema tal-għoli tal-ħajja iddominat il-gazzetti tal-Ħadd u allura din it-tema bilfors sabet postha fl-analiżi li ssir mill-istazzjon Laburista l-Ħadd filgħodu, fejn mistieden fost l-oħrajn kien hemm id-deputat Edward Zammit Lewis.
Fuq is-Super One, Zammit Lewis prova jiġġustifika ż-żieda tal-għoli tal-ħajja u l-isplużjoni fil-prezzijiet billi qal li l-Gvern qed jagħti għajnuna lill-pensjonanti.
Iżda fl-istess waqt, Zammit Lewis stqarr li l-prezzijiet verament għolew, għaliex “aħna nimpurtaw minn barra”.
Zammit Lewis f’ħin minnhom stqarr li hemm minoranza li ħadu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni. U għalhekk għolew il-prezzijiet.
Fl-istess programm, is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett stqarr illi ħaddieħor f’pajjiżi Ewropej qed ibati ħafna – filwaqt li aħna qed inbatu anqas minn din il-problema taż-żieda fil-prezzijiet.
//= $special ?>