Lokali

Dgħajsa tieħu n-nar ftit ‘il barra mill-kosta tal-Qawra

Ftit wara l-ħin ta’ nofsinhar powerboat li kienet tinsab ftit ‘il barra mill-kosta tal-Qawra bejn iż-żona li hija magħrufa bħala ta’ Fra Ben u l-Magħtab.

Fil-post ġiet msejħa minnufih l-għajnuna tal-Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Dan filwaqt li mal-kosta kien hemm ukoll il-preżenza tal-uffiċjali tal-Pulizija.

Sorsi fil-post li tkellmu ma’ Net News jidher li abbord id-dgħajsa kien hemm 4 persuni li mal-ħin tal-isplużjoni qabżu fil-baħar.

Filwaqt li fortunatament ma jidhirx li sofrew ġrieħi ta’ natura serja, l-4 persuni ingħataw l-ewwel għajnuna minn grupp mediku tas-salib l-aħmar li dak il-ħin kien qiegħed jagħmel ronda fiż-żona.