In-nuqqas ta’ infermiera qed jitfa’ pressjoni fuq is-servizz tas-saħħa, u l-unions ilhom jitolbu li din is-sitwazzjoni tingħata priorità.
Il-Ministru għall-Anzjanita Attiva Jo Etienne Abela qal li n-nuqqas ta’ staff hija xi ħaġa li ilja ġejja ħafna snin.
Issa, l-Gvern se jibda diskussjonijiet biex iħajjar aktar persuni jidħlu għal din il-professjoni.
“Aħna għandna ideat biex kemm jista’ jkun nagħmlu din il-professjoni aktar attraenti u dawn huma ideat li se niddiskutu mal-kollegni tagħna fid-dipartimenti tal-edukazzjoni u nisperaw li dawn l-ideat jimmaturaw fil-futur qrib”.
Net News staqsa lill-union li tirrappreżenta lill-infermiera dwar dawn id-diskussjonijiet, il-President tal-MUMN Paul Pace qal li ma jaf bl-ebda diskussjoni f’dan ir-rigward.
Pace qal li sa issa l-Gvern għadu ma għamel l-ebda diskussjoni mal-union, meta l-MUMN hija stakeholder prinċipali fl-ingaġġ tal-infermiera.
Hu spjega li jekk ma jitranġawx il-pagi, is-sitwazzjoni se tibqa’ li hi u għalxejn isir inġagg.
Pace qal ukoll li kieku l-GvErn jagħmel sforz biex jattira l-mijiet ta’infermiera li telqu mill-professjoni ġa jkun qed isolvi parti kbira mill-problema.
//= $special ?>