Knisja Lokali

Il-Kurja tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku

Il-Kurja tal-Arċisqof fi tmiem il-ġimgħa kienet miftuħa għall-pubbliku. Hawn wieħed seta’ jammira l-arti li biha  hija mgħonija din il-binja, l-arkitettura sabiħa, ir-refettorju mżejjen b’affreski mill-isbaħ, u l-laboratorju li fih jiġu ppreżervati dokument li jmorru lura għas-seklu 16 fost l-oħrajn,

Bosta kienu dawk li ħadu l-opportunita jżuru l-binja barokka fil-Furjana li oriġinarjment il-Ġiżwiti tawha l-isem ta’ Casa Manresa u li llum huwa s-sede prinċipali tal-Knisja f’pajjiżna.

Fost dak li setgħu jaraw dawk li żaru l-Kurja f’dal-open weekend, kien hemm il-kripta. Din infetħet l-ewwel darba għall-pubbliku u t-taraġ li jwassal għalih instab dan l-aħħar.

Interessanti ferm l-eżibizzjoni ta’ tronijiet użaw it-tliet papiet fiż-żjarat tagħhom f’pajjiżna.

It-tronijiet li użaw il-tliet papiet fiż-żjarat tagħhom f’Malta Ritratt: Martin Agius

Fost dawn, kien hemm eżibit it-tron li uża Papa Ġwanni Pawlu II nħadem lil-Perit Richard England. Dan intuża l-ewwel darba li ġie Malta fl-1990.

Kienu eżibit wkoll It-tron li uża Papa Bendittu f’Tal Virù r-Rabat, u dak li ntuża aktar kmieni din is-sena minn Papa Franġisku waqt il-laqgħa tiegħu mal-President George Vella fl-ajruport.

Fost it-tronijiet li setgħu jaraw dawk li attendew għal dan l-open weekend kien hem ukoll tronijiet magħmula kollha mill-kartun li Papa Benedittu uża waqt attivitajiet pubbliċi f’pajjiżna.

Wieħed mit-tronijiet magħmul mill-kartun li uża Papa Bendittu. Ritratt: Martin Agius

Hu għamel dan il-ġest biex iqajjem aktar kuxjenza dwar il-persuni li jgħixu fil-kartun.

Eżibit interessanit hija l-biċċa mit-tarmac mill-mitjar ta’ Malta.

Din spiċċat il-Kurja, wara li tqattgħet mill-art tal-mitjar. Dan għaliex hija l-parti tal-mitjar li niżel u bies Papa Gwanni Pawlu II mal-wasla tiegħu f’Malta fl-1990.

Il-laboratorju għall-konservazzjoni tal-karta wkoll kien aċċessibbli għal min ried jidħol u jara kif dokumenti li jmorru lura l-mijiet tas-snin qedj iġu ppreżervati permezz ta’ process twal u ta’ paċenzja u preċiżjoni.

Dan il-laboratorju fih mat-3,000 dokument li wħud minnhom imorru lura għas-seklu 16.

Wieħed mill-eżibit kien ktieb miktub bl-idejn u li huwa datat fl-1588.

Manuskritt li jmur lura għall-1588. Ritratt: Martin Agius

Fil-kuritur tal-ewwel sular wieħed seta’ jammira x-xogħolijiet tal-artist Joseph Calleja, artist li kien emigra lejn il-Kanadau li ta numru kbir ta’ pitturi tiegħu lill-Kurja bħala donazzjoni.

Fir-refettorju, li huwa minnunfih kapolavur tal-arti, saru għadd ta’ taħditiet edukattivi dwar l-arti li tinsab fil-Kurja.

Il-Ħadd filgħodu wieħed seta’ jattendi għal quddies iċċelebrata mill-Arċisqof, Mons Charles J Scicluna fil-kappella ddedikata lill-Madonna ta’ Manresa.

Iċ-ċelbrazzjoni tal-Quddies minn Monsinjur Arċisqof. Ritratt: Martin Agius

Fuq wara ta’ din il-kappella hemm il-fdalijiet ta’ San Kalċidonju, li tiegħu kienet iċċelebrata l-festa propju il-Ħadd, u li nġieb Malta mill-Ġiżwiti fl-1753.

Tul l-open weekend kien hemm għadd ta’ esperti li taw informazzjoni lil min kien interessat dwar l-oġġetti u l-arti li hemm fil-binja sabiħa tal-Kurja.