Din il-ġimgħa il-Papa se jibda vjaġġ Appostoliku sinifikanti fil-Kanada.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika qed isejjaħ dan il-vjaġġ bħala “pellegrinaġġ ta’ penitenza”. Dan wara l-istejjer marbuta ma’ każijiet ta’ abbużi fi skejjel tal-knisja madwar il-pajjiż. Fil-fatt, qed jingħad li l-Papa Franġisku se jkun qed iwassal l-apoloġija sinċiera tiegħu għal dak li seħħ fil-passat.
Franġisku se jżur il-Provinċji ta’ Alberta u Quebec. Iżda l-programm ma jinkludix iz-zona ta’ British Columbia, fejn is-sena l-oħra kienu instabu 200 qabar fuq artijiet li kienu ta’ waħda mill-border schools Kanadiżi immexxija mill-Knisja.
L-aħħar skola residenzjali tal-Knisja kienet għalqet il-bibien tagħha fl-1996.
Intant, iż-żjara tal-Papa Franġisku fil-Kanada se tintemm nhar il-Ġimgħa.