Lokali

Jittella’ katavru ta’ raġel mill-baħar fil-Qawra

Anzjan ta’ 81 sena, residenti San Pawl il-Baħar ittella’ mill-baħar bla ħajja ftit ‘il barra mill-kosta tal-Qawra.

Il-ġisem tal-vittma ntlemaħ ftit wara l-5.00pm tal-Ħadd waranofsinhar meta uffiċjali tal-Pulizija ġew imsejħa minn xi persuni li kienu fil-post.

Sorsi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija qalu li x’aktarx ir-raġel sab ruħu f’diffikulta waqt li kien qed jgħum mal-familja tiegħu.

Minnufih ġew imsejħa wkoll il-Forzi Armati ta’ Malta li ħadu l-ġisem bla ħajja f’Xatt it-Tiben permezz ta’ patrol boat.

Il-Pulizija għada qed tinvestiga l-każ.