Sport Sport Ieħor

Jonas Vingegaard rebbieħ tat-Tour de France

Iċ-ċiklist Daniż ta’ 25 sena, Jonas Vingegaard rebaħ għall-ewwel darba edizzjoni tat-Tour de France, meta fl-aħħar stadju ta’ dan it-tour, f’Pariġi, ir-rebbieħ tal-isprint finali kien Jasper Philipsen.

Fil-klassifika ġenerali, Vingegaard temm l-ewwel, wara li għeleb il-kompetizzjoni diretta tar-rebbieħ ta’ dan it-tour tal-edizzjoni tas-sena l-oħra Tadej Pogacar. Wara l-21 stadju ta’ dan it-tour tant popolari fid-dinja taċ-ċikliżmu, Vingegaard kiseb ħin finali li kien aħjar minn dak ta’ Pogacar b’żewġ minuti u 43 sekonda.