Internazzjonali

Ukrajna: Attakk deskritt bħala “att barbaru”

epa10037343 A local woman reacts near her damaged home, after a shelling hit a village in the Odesa area, Southern Ukraine, 27 June 2022. While world leaders are gathering for the G7 meetings in Southern German from 26 to 28 June, Russia has increased its strikes in many parts of the Ukrainian territory. Russian troops had, on 24 February invaded Ukraine, starting a conflict that has provoked destruction and a humanitarian crisis. EPA-EFE/STR

“L-attakk mil-armata Russa fuq il-port ta’ Odesa, ma huwa xejn ħlief att barbaru”

Hekk saħaq il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky, meta ġie mistoqsi biex jagħti l-kummenti tiegħu rigward l-attakk riċenti li seħħ fuq il-port ta’ Odesa mill-armata Russa, wara li ftit tas-sigħat qabel, l-istess Russja wegħdet li se tħalli l-bastimenti kummerċjali jitrassportaw il-qamħ lejn pajjiżi terzi.

Zelensky saħaq li dawn l-attakki fuq Odesa wrew biċ-ċar li r-Russja ma’ tistax tiġi fdata – għaliex filli tgħid ħaga, u wara tagħmel bil-kontra.

S’issa r-Russja għadha ma’ ħadet l-ebda responsabbilta għall-attakki. U saħansitra qiegħda tiddikjara li l-Ukrajna nfissha wetqet dan l-attakk fuq il-port tagħha stess, bl-għan li tħammeġ isem ir-Russja fuq skala internazzjonali.