F’Marzu ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ separat
Żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Ħal Qormi nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li għall-ħabta tal-għaxra u nofs tal-lejla tas-17 ta’ Lulju kkaġuna ġrieħi gravi fuq tfajla f’Ħal Qormi stess.
Filwaqt li Ransdon Debono ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Agius spjegat li Debono fost oħrajn kiser ukoll il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.
Matul is-seduta daħal missier il-vittma fl-awla fejn hawnhekk inqalgħet kommossjoni sħiħa…bil-missier ikollu jinħareġ mill-awla mill-uffiċjali tal-Pulizija preżenti.
Filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-fatt li ż-żagħżugħ diġà kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ separat 4 xhur ilu.
Għaldaqstant huwa ma ngħatax l-libertà proviżorja.
//= $special ?>