Fl-aħħar sigħat mietet persuna oħra bil-Covid-19, bl-imwiet f’pajjiżna issa telgħu għal 786. Fl-aħħar ġimgħa kellna 13-il mewta kaġun tal-imxija.
Bejn il-Ħadd u t-Tnejn instabu 78 każ ġdid, bil-każijiet attivi jonqsu għal 3,348 wara li fiequ 442 persuna. L-aħħar darba li kellna anqas minn mitt każ ġdid fil-ġurnata, kien fis-Sette Giugno.
L-ebda informazzjoni oħra m’hi qed tingħata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, fosthom l-etajiet tal-vittmi u l-ammont ta’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei.
Mil-lum, passiġġieri li mhumiex fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin jew ċertifikat tal-irkupru mill-Covid-19, mhux se jintalbu li jippreżentaw PCR jew test rapidu negattiv meta jaslu fil-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
//= $special ?>