Mhux xi ħaġa komuni li Korp tal-Pulizija jkollu Ferrari bħala parti mill-flotta tiegħu ta’ karozzi. Iżda din li qed taraw fir-ritratt hija verament karozza tal-Pulizija tal-marka Ferrari u li bdiet tintuża fl-aħħar jiem mill-Korp tal-Pulizija tar-Repubblika Ċeka.
L-awtoritajiet Ċeki qed jgħidu li din il-karozza spiċċat għandu il-Korp wara li kienet konfiskata mill-kriminali.
Jidher li l-ispiża biex ġiet konvertita għall-użu tal-Pulizija Ċeki kienet ta’ madwar €12,000.
Din il-karozza Ferrari 458 Italia kapaċi ittella’ veloċità ta’ 100 kilometru fis-siegħa f’temp ta’ 3.4 sekondi, bil-Pulizija tar-Repubblika Ċeka jgħidu li se tintuża biex jitwaqqfu karozzi li jkunu qed jaħarbu meta jitwaqqfu.
//= $special ?>