Lokali

Il-Ministru jgħidilna li rridu nistennew il-Budget

Il-Gvern m’għandu ebda pjan dwar l-isfida kbira tal-għoli tal-ħajja. Bil-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon jammetti li l-inflazzjoni qed tħalli l-impatt tagħha anke fuq il-poplu Malti.

U quddiem din il-problema li issa qed taffettwa lil kull faxxa tas-soċjeta, kulħadd qed jistenna li l-Gvern jgħin lill-familji b’mod konkret. Għalkemm il-Ministru Falzon qalilna biss biex nistennew il-Budget.

Il-piż tal-għoli tal-ħajja qed jinħass minn kulħadd… fuq kull faxxa tas-soċjeta, u mhux biss fuq min għandu dħul baxx.

Bil-pensjonanti u l-anzjani qed isibuha diffiċli ferm li jlaħħqu sal-aħħar tax-xahar hekk kif il-prodotti bażiċi qed jibqgħu jiżdiedu ta’ kuljum.

U quddiem din is-sitwazzjoni, l-uniku konsolazzjoni li qed joffri l-Gvern hi li n-nies jagħżlu minn fejn jixtru l-prodotti tagħhom.