Lokali Saħħa

Il-PN jesprimi solidarjetà mal-pazjenti tal-Onkoloġija

Il-Partit Nazzjonalista jesprimi solidarjetà mal-pazjenti tal-Onkoloġija li ġew affettwati mill-ħsarat tekniċi fl-apparat li jintuża’ fit-trattament tar-radjoterapija fl-Isptar Mater Dei.

Il-PN permezz tal-Kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri, qal li jinsisti li għandu jsir l-investiment kollu meħtieġ u pjan ta’ kontinġenza biex inċident bħal dan ma jerġax jirrepeti ruħu.

Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jappella mill-ġdid lill-Gvern biex jagħmel dak kollu possibli ħalli s-servizz jerġa’ jibda mill-iktar fis u b’hekk tkun assigurata l-aqwa kwalità ta’ kura u servizzi tas-saħħa li jistħoqqlu l-poplu Malti u Għawdxi.