Matul il-jum kellna l-konferma li l-Ukrajna mhix se tospita l-Eurovision tas-sena d-dieħla. Dan minkejja li l-grupp Ukren Kalush Orchestra ħareġ rebbieħ fl-edizzjoni ta’ din is-sena.
Fl-aħħar sigħat, l-organizzaturi ħabbru li l-finali tas-sena d-dieħla se ssir fir-Renju Unit. Bir-raġuni għal din id-deċiżjoni tkun propju dovuta għall-fatt li minħabba l-gwerra ma jistgħux isiru preparamenti fit-tul.
L-EBU issa bdew taħdidiet mal-BBC, għalkemm għadu mhux ċar liema belt se tospita dan il-festival mużikali tant popolari. Bi Glasgow u Manchester ikunu fost il-favoriti.
//= $special ?>