Jeħtieġ li nsaħħu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, innaqqsu l-burokrazija żejda u naraw kif se nattiraw aktar professjonisti f’dan is-settur tant kruċjali għal pajjiżna”. Hekk qal Id-Deputat Parlamentari Jerome Caruana Cilia, kelliem tal-Oppożizzjoni tal-Finanzi, waqt laqgħa mal-Malta Institute of Accountants.
Il-Kelliem għall-Finanzi qal li meta tisma’ l-practitioners jitkellmu dwar bosta sfidi, fosthom, dik dwar numru ta’ demands tal-awtoritajiet konċernati li saru resource-hungry, onsite inspection visits kontinwi u mhux koordinati. Jifhem li jkun hemm ċirkostanzi fejn ikun hemm bżonn ta’ numru ta’ inspections fl-istess ħin, imma dawn huma l-eċċezzjoni u mhux in-norma. Għaldaqstant appella għal aktar koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet konċernati.
Jerome Caruana Cilia qal li sfida oħra hi n-nuqqas ta’ riżorsi umani f’dan is-settur. Hemm wisq burokrazija biex nattiraw professjonisti ġodda barranin u dwar dan u appella lill-awtoritajiet, partikolarment Identity Malta biex jaraw li l-burokrazija żejda titnaqqas.
Caruana Cilia tkellem dwar suġġeriment li kemm practitioners fil-privat u anke dawk li jaħdmu f’awtoritajiet governattivi jgawdu minnu lkoll: li jinħoloq a central repository u li hemmhekk, bil-permess sħiħ tal-indvidwu u li tkun konformi mal-GDPR, titpoġġa informazzjoni speċifika. Ħalli b’dan il-mod tkun tista’ ssir data sharing u tonqos il-burokrazija. Dan ir-repository jista’ per eżempju jitħaddem tramite l-blockchain.
Caruana Cilia saħaq li jeħtieġ li naħdmu flimkien, ħalli l-ewwel u qabel kollox, naraw li nsaħħu l-operat tal-kumpaniji li diġa’ qegħdin f’pajjiżna, imbagħad iva, naraw li nġibu xogħol ta’ kwalita’ b’valur miżjud. B’hekk ikun qed igawdi kulħadd, partikolarment il-ħaddiema, il-professjonisti u l-businessman Malti.
//= $special ?>