Bħalissa għaddejja il-votazzjoni bikrija fl-elezzjoni għall-kariga ta’ Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista; votazzjoni li bdiet fil-5 u tibqa’ sejra sad-9 tal-lejla fid-Dar Ċentrali tal-PN, kif ukoll fis-Sub-Headquarters f’Ta Sannat Għawdex.
Dan huwa t-tieni jum ta’ early voting, wara l-votazzjoni li saret is-Sibt.
Matul dan il-proċess… il-kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali huma mitlubin jippreżentaw il-Karta tal-Identità biex ikunu jistgħu jivvutaw.
Din il-votazzjoni qed issir għal dawk li ma jistgħux jivvotaw fl-elezzjoni li se tinżamm nhar is-Sibt li ġej fl-istess postijiet, fejn il-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali qed jintalbu jivvutaw għal Vici Kap ġdid.
Alex Perici Clascione huwa l-uniku persuna li tefa’ n-nomina biex iservi fil-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.