Sport Sport Ieħor

Kamp ta’ taħriġ tat-Taekwondo fil-kumpless tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke

Il-Malta Taewondo Association kompliet bil-programm ta’ taħriġ għal atleti Maltin u barranin billi organizzat kamp ta’ taħrig fil-Kumpless tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke. Għal dan il-kamp ta’ taħrig l-attenzjoni fuq il-kontinġent mis-Serbija – Taekwondo Asteriks, immexxija minn Vladan Nikodjevic imwaqqfa fl’2013 u meqjusa bħala wieħed mill-aqwa klabbs fl-Ewropa fejn fl-2022 temmew fit-tieni post fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-klabbs . Protagonisti tlett atleti li għandhom ranking dinji fi ħdan il-World Taekwondo – Masa Nesic – 41 kg. Tlett darbiet champion nazzjonali, rebbieħa tal-Kampjonat tal-Ewropa u numru tlieta fir-ranking dinji . Iva Petrovic – 63 kg. Erba’ darbiet champion nazzjonali, rebbieħa tal-Kampjonat tal-Ewropa, attwalment numru tnejn fid-dinja f’din il-Kategorija. Magħżula Sportiva tas-Sena fl’2020 u Petra Tasic – 46 , Champion Nazzjonali u numru erba’ fid-dinja. Taekwondo Asteriks fit-23 ta’ Awissu f’Nis, Serbija ser ikunu f’kompetizzjoni kontra Iran u c-champion tad-dinja Hadi Mostraan Ħadu sehem wkoll atleti minn Franza, Grecja, Turkija, Maċedonja u Żvezja permezz ta’ Rihanna Peterson flimkien ma’ numru ta’ partecipanti minn Malta immexxija mill-kowċ nazzjonali Ditmir Vodinaj.

Din l-attivita’ kienet ikkordinata minn Anna Vassallo , President tal-Malta Taekwondo Association. filwaqt li attenda għal waħda mis-sessionijiet Graham Bencini kelliem għall-isport għal Partit Nazzjonalista.