Sport Sport Ieħor

Kampjonat tal-Ewropa tas-Softball – Telfa u rebħa għal Malta fl-ewwel ġurnata

Fl-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni f’Estadio Municipal de Softball Antonio Hervas Saint Boi de Llobregat, Barcelona, it-tim nazzjonali Malti tas-Softball, wara li tilef l-ewwel partita tiegħu kontra d-Danimarka bl-iskor ta’ 16 għal 0, wettaq reazzjoni mill-aqwa fejn fl-istess ġurnata għeleb lil Fillandja 17-3 . Kontra Fillandja wara vantaġġ ta’ 7-0 għal Malta, reazzjoni minn Fillandja li fit-tieni fażi naqqsu l-iżvantagg għal 8-2 ,madankollu bit-tim Malti jiddomina l-konfront minn 9-2 għalaq il-partita 17-3.

F’dawn il-Kampjonati qed jieħdu sehem 23 pajjiż imqassma f’ erba’ gruppi fejn Malta tinsab bi Grupp D flimkien ma’ Iżrael , Spanja, Slovakkja, Danimarka u Fillandja. It-tim Nazzjonali Malti kontra Danimarka lagħab b’din il-formazzjoni : Home Batters : Nicole Cassar, Shannon Galea, Jessica Borg, Narisse Privitera, Natasha Fenech, Estelle Scicluna, Estela Rama, Francesca Mamo, Dosithee Attard u Marlese Vella. Home Pitchers kienu Shannon Galea u Estelle Scicluna.

Fit-tieni partita kontra Fillandja tlett tibdiliet fil-formazzjoni Maltija fejn Home Batters iddebuttaw Corinne Grima, Marie Tabone u Lara Buttigieg flok Natasha Fenech, Francesca Mamo u Dosithee Attard. Home Pitcher kienet Estelle Scicluna.