Lokali

“Ma nistgħux nibqgħu passivi quddiem l-aġir tal-Avukat Ġenerali” – Robert Aquilina

Ma nistgħux nibqgħu nkunu passivi quddiem dak li qed jiġri u quddiem l-aġir tal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg. Dan hekk kif f’pajjiżna l-kriminalità organizzata għandha moħħha mistrieħ li tista’ tagħmel li trid.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret quddiem il-bini tal-Qorti, il-President tal-għaqda Repubblika Robert Aqulina qal li se jkunu qed jippreżentaw l-ewwel kawza li qatt saret kontra l-Avukat Ġenerali.  

Huwa qal li dan qed isir għax l-Avukat Ġenerali rrifjutat li tobdi ordni tal-Maġistrat Inkwerenti li tressaq il-kriminali tal-Pilatus Bank il-Qorti fuq ħasil ta’ flus u reati serjissimi oħra li jġorru piena sa massimu ta’ għoxrin sena ħabs. 

Robert Aquiluna qal li l-għaqda Repubblika ma tistax tibqa’ passiva quddiem dan id-disprezz tal-liġi u għalhekk qed titlob lill-Qorti biex tiddikjara l-ordni tal-Avukat Ġenerali invalida u nulla u biex tibgħat lura l-każ lill-Avukat Ġenerali biex dan ikun rivedut.

Bl-assistenza tal-Avukat Jason Azzopardi, l-Għaqda Repubblika għandha informazzjoni dwar Mehmed Tasli, wieħed mill-persuni li xehdu fil-każ tal-bank Pilatus.

Robert Aquilina qal li ddeċiżjoni tal-Avukat Ġenerali hija rraġjonevoli anke għaliex f’Ottubru li għadda wara li f’Marzu l-Maġistrat Inkwerenti kien iffirma mandati ta’ arresta sabiex jiġu arrestati l-persuni indikati minnu u li jgħixu barra minn Malta, f’Ottubru li għadda wieħedHu minnhom Mehmed Tasli kien prezenti fil-Qorti, sarlu l-kontro ezami minn zewġ avukati mil-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u x’ħin spiċċa jixhed dan tħalla jitlaq ‘il barra mill-awla, mill-Qorti u telaq ‘il barra mill-pajjiż. U issa ġejjin jgħidulna li qed jibdew il-proċess biex il-mandati ta’ arrest ikunu esegwiti. Aħna jidhrilna li dan huwa totalment inaċċettabbli u skandaluż u fuq din għandha tinġarr responsabbilta.

Repubblika qalet li dan kollu huwa xhieda ta’ kemm il-kiminalità organizzata għandha moħħha mistrieħ li b’Victoria Buttigirg u b’Angelo Gafa bħala Kummissarju tal-Pulizija, il-ġlieda tal-Istat kontra l-kriminalita hija dgħajfa ħafna u għalhekk qed jitħallew jagħmlu li jridu.